Il-Pass mill-Primarja għas-Sekondarja

walking-man-1241300-638x475

L-istudenti tas-Sitt Sena qed joqorbu għal pass ieħor importanti f’ħajjithom fejn mill-iskola Primarja, f’Settembru li gej jibdew l-iskola Medja. Parti minn dan il-pass hija wkoll l-għażla tal-lingwa barranija li huma se jkunu qegħdin jitgħallmu minbarra s-suġġetti l-oħra.

Għalhekk ser issir laqgħa għall-istudent, ġenituri u kull min jieħu ħsieb ‘l-istudenti nhar ir-Tnejn 6 ta’ Frar 2017 fid-9:30 fl-iskola Medja ta’ Bormla.

Inħeġġukom, biex għall-ġid t’uliedkom, tattendu għal din il-laqgħa ħalli barra li intom tisimgħu dwar il-lingwi differenti li minn fosthom uliedkom iridu jagħmlu l-għazla tagħhom, tkunu tistgħu ssaqsu xi mistoqsijiet li għandkom ukoll dwar din il-bidla fl-iskola. Dakinhar se tinghataw ukoll il-formola biex timlewha. Napprezzaw li din tintbaghat m’uliedkom sal-Erbgħa, 1 ta’ Marzu 2017.

 

Kopja taċ-Ċirkulari