Il-Vjaġġ Tiegħi
Nhar il-Ħamis 12 ta’ Jannar il-ġenituri tal-istudent fl-iskejjel primarji tal-Kulleġġ Santa Margerita ingħataw l-opportunita’ biex isiru jafu aktar dwar l-inizjattiva tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li fi tliet snin li ġejjin mistennija ddaħħal riforma estensiva li tolqot l-aħħar tliet snin tas-Sekondarja. Dan il-programm ser ikun qed joffri mogħdijiet differenti ta’ kif student ikun jista’ jiżviluppa l-ħiliet b’mod li jkunu rikonoxxuti u apprezzati.
Jekk ma stajtx tattendi għal-laqgħa li saret għall-Kulleġġ tagħna tista’ tattendi waħda mill-laqgħat l-oħra li qed isiru – ara l-iskeda hawn.
Għal aktar informazzjoni nistednukom iżżuru http://www.myjourney.edu.mt/