Uniformijiet tal-Istudenti
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jinforma li l-Uniformijiet tal-Istudenti tal-Kulleġġ Santa Margerita se jkunu għall-bejgħ kif imniżżel fit-Tabella hawn taħt.
| DATA | ĦIN | SKOLA |
|---|---|---|
| It-Tnejn 4 ta’ Settembru 2017 | 9.00am – 1.30pm | Skola Primarja Zabbar A |
| It-Tlieta 5 ta Settembru 2017 | 9.00am – 1.30pm | Skola Primarja Zabbar A |
| L-Erbgħa 6 ta’ Settembru 2017 | 9.00am – 1.30pm | Skola Primarja Zabbar A |
| Il-Ħamis 7 ta’ Settembru 2017 | 9.00am – 1.30pm | Uffiċċju tal-Prinċipal St Edward Street Birgu |
Fil-ġranet msemmija l-uniformijiet tal-Kinder, Primarja kif ukoll tas-Sekondarja se jkunu kollha disponibbli. Il-bejgħ tal-uniformijiet ser isir mill-Yorkie Clothing Industry Limited, li hija l-kumpanija awtorizzata għall-uniformijiet kollha tal-Iskejjel tal-Istat.
L-Uniformijiet qegħdin ukoll għall-bejgħ mill-ħanut tal-kumpanija awtorizzata kif spjegat hawn taħt.
Yorkie Mix n Match, St Julians’s Road, San Gwann (ħdejn ir-roundabout tal-Isptar Mater Dei)
Shop Tel Number: 21497278
Factory Tel Number: 21442460
Email: info@yorkie.com.mt
Ħinijiet tal-Ftuħ:
It-Tnejn sal-Ġimgħa: 9.00am sas-6.30pm (ma jagħlaqx wara nofsinhar).
Is-Sibt : 9.00am sas-12.30pm
Il-ħanut ikun magħluq nhar ta’ Ħadd u fil-Festi Pubbliċi,
Il-prezzijiet imniżżlin hawn taħt huma l-prezzijiet kif se jinbiegħ kull oġġett tal-uniformi.
- Il-prezz kwotat għall-kull oġġett huwa l-istess għall-qisien differenti kollha.
- Il-kwalita’ u l-prezzijiet tal-uniformijiet jistgħu jkunu garantiti BISS jekk jinxtraw mill-aġent awtorizzat
| DESKRIZZJONI | PREZZ |
|---|---|
| Polo Shirt | €8.95 |
| Qalziet Qasir | €11.75 |
| Xorts tal-P.E. | €5.95 |
| Qmis tal-P.E. (T-Shirt) | €5.75 |
| Beritta | €3.50 |
| Qmis | €8.95 |
| Qalziet Twil | €14.75 |
| Dublett | €11.50 |
| Ġersi | €15.25 |
| Ingravata | €4.50 |
| Ċoff (Cravatte) | €4.50 |
| Ġakketta tax-Xita | €22.85 |
| Tracksuit | €24 |
| Ġlekk | €40 |
| Jogging Suit (Tal-Kindergarten) | €15 |
Jekk ikollkom bżonn xi kjarifika, ikkuntatjaw lill-amministrazzjoni tal-iskola jew ibagħtu email fuq els.mede@gov.mt.