Merħba lura fl-iskejjel tagħkom

Nagħtu lill-istudenti tagħna kollha merħba kbira lura fl-iskejjel tagħhom. Matul is-sajf kien hemm impenn kbir biex kollox ikun lest mhux biss għall-ewwel ġurnata tal-iskola iżda wkoll għal kull ġurnata skolastika f’din is-sena.

Inħeġġeġ l-impenn tagħkom l-istudenti biex taħdmu bis-sħiħ sabiex issarrfu kull ġurnata tal-iskola f’esperjenza pożittiva li tkompli ssaħħaħkom f’kull sens.

Grazzi kbira lit-timijiet tat-tmexxija tal-iskejjel, lill-għalliema u l-LSAs, l-iskrivani u l-ħaddiema li ħadu ħsieb it-tisbiħ u t-tindif.