Għażla tal-Lingwi għas-Sekondarja
L-istudenti tas-sitt sena tal-primarji qed joqorbu għal pass ieħor importanti f’ħajjithom fejn mill-iskola Primarja, f’Settembru li ġej ser jibdew jattendu l-iskola Medja. Parti minn dan il-pass jinkludi l-għażla tal-lingwa barranija li huma se jkunu qegħdin jitgħallmu tul il-ħames snin tas-sekondarja.
Il-ġenituri huma mistiedna biex tieħdu nota u jagħmlu kull mezz biex jattendu għal-laqgħa li se ssir għalihom flimkien m’uliedhom kif spjegat hawn taħt:
Skola | Ġurnata | Ħin | Post tal-Laqgħa |
Cospicua, Senglea, Kalkara, Xgħajra, Vittoriosa | Il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu 2018 | 9:00 – 10:30am | L-Iskola Medja, Triq Alessandra, Cospicua |
Żabbar B | Il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu 2018 | 10:30 – 12:00am | L-Iskola Medja, Triq Alessandra, Cospicua |
Inħeġġiġkom biex għall-ġid ta’ wliedkom, tattendu għal din il-laqgħa ħalli barra li intom tisimgħu dwar il-lingwi differenti li minn fosthom uliedkom iridu jagħmlu l-għażla tagħhom, tkunu tistgħu tistaqsu xi mistoqsijiet li jista’ jkollkom dwar il-bidla fl-iskola. Dakinhar se tingħataw ukoll formola biex timlewha. Napprezzaw li din tintbagħat m’uliedkom sa nhar il-Ġimgħa d-9 ta’ Marzu 2018.
Sadanittant, minn qalbi nirringrazzjakom tal-koperazzjoni u s-sapport li dejjem insibu mingħandkom u ninsab ċert li ser narakom dakinhar.
Emile Vassallo
Prinċipal tal-Kulleġġ